Wara li għal ħames snin konsekuttivi Tenishia kklassifikat mal-aqwa mitt DJ fid-dinja fil-kompetizzjoni DJ Mag Top 100, din is-sena, isem Tenishia ma tfaċċax mal-ewwel mija fl-2016.
Għal Tenishia, l-aqwa post miksub f’din il-lista kien fl-2012, meta ġie fil-ħamsin post. Dan fisser gwadan ta’ wieħed u erbgħin post wara li fl-2011 Tenishia tfaċċa għall-ewwel darba fid-DJ Mag Top 100 fil-91 post.
L-2016 hija l-ewwel sena li wara Tenishia hemm isem wieħed biss, dak ta’ Joven Grech, hekk kif Cyprian Cassar għażel li jaqbad triq mużikali oħra.
Fl-2013, Tenishia ġiet fil-65 post. Sena wara niżlet tmien postijiet, biex imbagħad is-sena l-oħra gwadanjat żewġ postijiet li klassifikat fil-71 post.
Fil-lista tal-2016, Martin Garrix kiseb it-tiltu tal-aqwa DJ wara li gwadanja żewġ postijiet. Fit-tieni post ġew Dimitri Vegas and Like Mike, li tilfu posthom bħala l-aqwa DJs, filwaqt li fit-tielet post ġie Hardwell.
Il-famużi fost il-maġġoranza tal-Maltin Armin van Buuren, Tiesto u David Guetta żammew posthom fir-raba, il-ħames u s-sitt post rispettivament.