L-attur Ingliż Peter Vaughan, magħruf l-aktar għar-rwol ta’ Maetser Aemon f’Game of Thrones u Grouty fis-sitcom Porridge, miet fl-età ta’ 93 sena.
L-aġent tiegħu Sally Long Innes ikkonfermat li ħalla din id-dinja għall-ħabta tal-10:30 illum, f’ċirkostanzi sereni mdawwar bil-familja tiegħu.
Huwa beda l-karriera tiegħu fis-snin 50 u sar magħruf għar-rwoli li kellu kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni, ir-radju u l-film.
Kien jinterpreta karattri b’saħħithom u b’xi ftit kuraġġ, bħal uffiċjali tal-Pulizija, aġenti sigrieti u persuni anzjani b’ċertu awtorità.