Aħbar falza wasslet għal theddid ta’ gwerra nukleari bejn il-Pakistan u l-Iżrael fil-jum ta’ qabel il-Milied.
F’artiklu li ġie ppubblikat fuq AWDNews it-Tlieta, l-eks Ministru għad-Difiża tal-Iżrael, Moshe Yaalon, kien ikkwotat li se jkun qed jeqred il-Pakistan jekk tibgħat truppi fis-Sirja.
Iżda għal dan il-messaġġ m’hemm l-ebda provi li vera qal hekk.
Il-Ministru għad-Difiża tal-Pakistan, Khawaja Asif, irrisponda għal din l-aħbar falza fuq Twitter daqs li kieku kienet vera.
Il-Ministru tal-Pakistan wissa lill-Iżrael li mhix l-unika forza nukleari.
“Il-Ministru tal-Iżrael hedded b’forza nukleari minħabba l-irwol tal-Pakistan fil-ġlieda tas-Sirja kontra Daesh. Israel qed tinsa’ li l-Pakistan hija Stat Nukleari ukoll,” qal Asif.
Inqas minn ġurnata wara, il-Ministru tad-Difiża tal-Iżrael irrisponda fuq Twitter, jiġbed l-attenzjoni ta’ Asif li l-kumment li kien ikkwotat jgħid Yaalon mhux vera.
Asif reġa’ kiteb fuq Twitter li l-programm nukleari tagħhom huwa biss “ ta’ użu biex jipproteġġi l-libertà tagħna.”