L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba ġie elett bħala Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet.
Il-Kumitat Parlamentari għandu rwol importanti hekk kif iservi bħala pont bejn iċ-ċittadini Ewropej, il-Parlament u l-Istituzzjonijiet Ewropej.
Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet jippermetti biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jwasslu l-isfidi li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum fi ksur ta’ drittijiet tagħhom u liema drittijiet jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea.
Agius Saliba qal li kif iħossu onorat u saħaq li se jaħdem qatigħ sabiex l-istituzzjonijiet Ewropej jirrelataw b’mod dirett maċ-ċittadini.