Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba ġie fdat biex ikun il-Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi responsabbli għal wieħed mill-aktar portafolli importanti, dak tal-innovazzjoni, l-Intelliġenza Artifiċjali, u Ewropa diġitali b’saħħitha għal kulħadd.
Dan seħħ wara rekord ta’ kisbiet fil-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet diġitali ewlenin.
Ftit wara li kkonferma l-irwol il-ġdid tiegħu, Dr Agius Saliba qal li ser ikun qed imexxi l-politika tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi favur Ewropa diġitali inklussiva ġdida li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura.