Il-Kunsilli Lokali f’Malta tkissru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan huwa kliem is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo f’konferenza stampa fejn hu u l-Ministru Owen Bonnici rreaġixxew għall-fatt li Chris Said ma refax ir-responsabilità wara li kien imċanfar mill-Awditur Ġenerali għall-indħil fil-fondi tal-Kunsilli Lokali mill-2008 sal-2013.
Wara studju mill-Awditur Ġenerali rriżulta kif Chris Said iffavurixxa Kunsilli Lokali Nazzjonalisti fejn jidħlu fondi għall-proġetti fil-lokalitajiet, b’mod notibbli dawk tat-toroq. Fi kliem ieħor, kien hemm Kunsilli Lokali li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, marru aħjar minn oħrajn.
Chris Said irritalja għaċ-ċanfira li dabbar mill-Awditur Ġenerali u qal li dawn huma konklużjonijiet foloz. Issa, minflok jerfa’ r-responsabilità politika, Said qed ikompli jaħsel idejh mill-fatti.
Fi kliem il-Ministru Owen Bonniċi, l-uniku persuna li qed temmen lil Chris Said huwa Simon Busuttil. L-istess Simon Busuttil li b’mod kontinwu jipprietka favur governanza ġusta u trasparenza, iżda għal darb’oħra qed ifalli milli jipprattika dak li jipprietka. Aġir li jista’ jkollu konsegwenzi kemm xejn koroh fuq Busuttil.