Fil-gżira tat-tliet għoljiet se jkunu qed jiġu organizzati bosta attivitajiet b’rabta mal-Għid.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda bosta attivitajiet li se jiġu organizzati f’Għawdex.
Il-programm huwa mżewwaq bi drammi, kunċerti, esibizzjonijiet u purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Irxoxt.
Il-Ministru Camilleri qal li dan il-programm iżomm l-Għawdex bħala attrazzjoni għat-turisti u l-familji Maltin.
Ma’ dan ingħaqdet il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li faħħret l-inizjattivi li qed jittieħdu f’Għawdex.
Ritratt: MGOZ