Aktar kmieni llum l-Malta Red Cross tat l-assistenza tagħha lil seba’ persuni wara li sabu diffikulta’ waqt li kienu qed jgħumu minħabba kurrent qawwi. Minkejja t-twissija li għamlu l-‘life guards’ lil dawk li kienu fuq il-bajja u l-bandiera ħamra ta’ twissija xorta waħda kien hemm min għażel li jinżel jgħum.
Fuq is-sit soċjali ta’ facebook il-Malta Red Cross appellat lill-pubbliku biex jagħtu każ il-bnadar li jinstabu fuq il-bajjiet li l-għan tagħhom huwa li jinfurmaw lill-għawwiema jekk il-baħar ikunx sikur għall-għawm. Il-kuluri ta’ dawn il-bnadar jwasslu messaġġ differenti – il-kulur aħmar illum kien hemm bħala twissija li l-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm.
“Tkunu qed tirriskjaw ħajjitkom u l-ħajja tal-‘life guards’ tagħna.”