Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ġew ordnati 100,000 tilqima tal-influwenza hekk kif dieħlin ix-xhur xitwin li jġibu magħhom il-mard. Għal sena oħra, tnediet kampanja favur it-tilqima tal-influwenza. Wara s-suċċess tal-kampanja tas-sena l-oħra fejn tlaqqmu 93,000 persuna, din is-sena kibret il-mira għal 100,000 persuna.
It-tilqima se tingħata b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa mill-15 sas-27 ta’ Ottubru għal persuni vulnerabbli bġal tfal sa ħames xhur, anzjani, u nies milquta minn mard kroniku bħad-dijabete.
Wara s-27 t’Ottubru, it-tilqima se tkun disponibbli għal kulhadd. Apparti Ċentri tas-Saħħa, numru kbir ta’ Kunsilli Lokali se jkunu qed jipparteċipaw billi jagħtu t-tilqima huma wkoll.