Min ġie għat-tieni darba, u min ilu s-snin jiġi kull tliet xhur. Din ir-realtà li sibna fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia, fil-Jum Internazzjonali tad-Donaturi tad-Demm.
Jum b’appell ċar: “Tistenniex sakemm issir diżgrazzja. Int x’tista’ tagħmel? Agħti d-demm. Agħti issa. Agħti spiss.”
Hawn iltqajna ma’ Mario, li ta mija u sbatax-il donazzjoni ta’ demm. Bħala infermier l-isptar jara din ir-realtà mill-qrib.