Il-Malta Airport Foundation għadha kemm nediet id-dokumentarju tant mistenni li jagħti ħarsa mill-qrib lejn il-gżira ċkejkna ta’ Filfla.
Id-dokumentarju ta’ 30 minuta, li nġibed minn kru li rebaħ bosta unuri u li tmexxa minn Alan Deidun, Pedja Miletic u Shaun Arrigo, jieħu lill-udjenza f’waħda miż-żoni marini protetti ta’ Malta, li ma tistax tiġi aċċessata mill- pubbliku b’mod ieħor.
Il-gżira ċkejkna toffri kenn lil speċijiet uniċi bħall-awwista u l-morina, li jissograw jesploraw l-ibħra ta’ madwar il-gżira minħabba nuqqas ta’ interferenza mill-bniedem. Dawn l-ibħra jostru dinja oħra mogħnija b’għerien u rkejjen abitati minn kreaturi differenti, arkitettura ta’ ġebel tal-ġir, u saħansitra mużew spettakolari ta’ żmien il-gwerra.
Tista’ tara dan id-dokumentarju hawn