It-tqassim bieb, bieb tad-dokumenti tal-votazzjoni se jkun qed jibda jsir mill-Pulizija min nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju u jkompli sas-Sibt 20 ta’ Mejju 2017.
Il-ħinijiet tat-tqassim se jkun qed isir mit-8:00 ta’ filgħodu sas-13:00 ta’ wara nofsinhar u jkompli mit-15:00 ta’ wara nofsinhar sad-21:00 ta’ filgħaxija.
Importanti li f’kull residenza jkun hemm persuna adulta, ġifieri ‘l fuq minn 18-il sena, sabiex tkun tista’ tirċievi d-dokumenti tal-votazzjoni.