Wara li klassifikaw mal-aqwa mitt DJ fid-Dinja għal ħames darbiet, l-għan hu li Tenishia jagħmlu dan għas-sitt darba. Dan hekk kif ir-rivista Ingliża DJ MAG reġgħet fetħet il-votazzjoni biex tfittex l-aqwa DJs għall-2016.
Bi kwart ta’ miljun ruħ fan fuq Facebook u bl-ikbar numru ta wirjiet internazzjonali Tenishia huma l-iktar artisti Maltin segwiti fid-dinja.
Però din id-darba r-realtà se tkun ftit differenti. Dan wara li ftit tal-jiem ilu d-duo ħabbar li se jkunu qed jieħdu toroq differenti bil-marka Tenishia issa hija kollha kemm hi f’idejn Joven.
Mistoqsi jekk dan il-pass kienx se jaffetwa r-riżultati ta’ Tenishia fil-lista ta’ l-aqwa mitt DJ fid-Dinja Joven kellu kliem ta’ tifħir għal sieħbu u qal li anke jekk il-firda kienet bi ħbiberija din ma kinetx l-aqwa sena mużikalment. Għax il-firda dejjem iebsa.
Però Tensiha xorta waħda paxxew l-eluf u żgur jixraq li jerġgħu jkunu mal-aqwa 100 anke għax Joven issa huwa kollu kemm hu ffukat biex ikabbar dan l-isem fix-xena mużikali.
Il-votazzjoni għal DJ MAG Top100 fetħet fis-6 ta’ Lulju u tintemm fl-ewwel ta’ Settembru. Kulħadd jista jivvota fuq www.tenishia.com/vote jew top100djsvote.djmag.com