L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fuq l-impenn politiku li għamel il-Prim Ministru Robert Abela, wettaq bidla oħra fejn reġa’ aġġorna l-kriterji li jirregolaw il-ħatriet fost oħrajn tal-konsulenti bħala persuni ta’ fiduċja.
B’dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dan l-impenn politiku huwa konformi ma’ dak li rrakkomanda l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fejn issa l-kriterji huma aktar rigorużi fuq dak li diġà kien hemm f’bidliet li saru fl-aħħar snin.
Fost il-bidliet hemm dawk fejn tidħol per eżempju l-expertise allowance u anki l-iskali li fihom ikunu ingaġġati l-konsulenti.
Il-Gvern se jibqa’ jħares li jtejjeb l-istandards fl-operat tiegħu f’ġieħ it-trasparenza u l-kontabbiltà.
Dan anki quddiem riformi kbar li twettqu favur il-governanza li ġew imfaħħra minn istituzzjonijiet internazzjonali magħrufa li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.