Tuahli Abdullah ta’ 37 sena u Wafi Josef ta’ 31 sena mill-Marokk qegħdin jiġu mfitxxija mill-pulizija. Wieħed mill-irġiel kien liebes flokk abjad filwaqt li l-ieħor kien liebes flokk aħmar iżda t-tnejn li huma kienu mmanettjati.
Kien ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar meta ż-żewġt irġiel taw is-salt u ħarbu wara li ttieħdu Birżebbuġa biex isarfu xi flus.
Huma kienu qed jiġu trasferiti lejn iċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi wara li kienu fiċ-Ċentru tal-Immigranti fil-Marsa.
Hu mifhum li Tuahli Abdullah ta’ sebgħa u tlettin sena u Wafi Josef ta’ wieħed u tlettin sena ħarbu mill-kustodja tal-Pulizija wara li l-vann li kienu fih waqqaf qrib banka tat-tisrif tal-flus fejn fil-waqt li tniżżlu huma ħarbu.
Kull min għandu kwalunkwe` tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21 224001 jew 119.