Aġġornata:
Is-somma għal min għandu informazzjoni dwar il-moħħ wara l-ħruq tal-qattus Tommy f’Bormla issa telgħet għal €2,200.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar persuna jew persuni li allegatament ħarqu lill-qattus Tommy f’Bormla għandhom iċ-ċans jingħtaw somma ta’ €1000 fi ħlas.
Qalet dan Moira Delia ma’ ONE News f’isem il-Fondazzjoni Real Animal Rights li qed toħroġ nofs is-somma filwaqt li persuna li xtaqet tibqa’ anonima qed toħroġ in-nofs l-ieħor.
Dan sabiex tkun mgħejjuna wkoll il-Pulizija li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
Delia stqarret, “Mingħajr ma jkollna provi biżżejjed, mingħajr ma jkollna informazzjoni dwar x’ġara u ma ġarax aħna ma nistgħux immexxu. Il-Pulizija ma jistgħux imexxu. Għalhekk qed nagħmel appell biex dawk in-nies li jafu x’ġara, informazzjoni ejja nitkellmu biex inwaqqfu din il-krudeltà. Il-mod ta’ kif qed jgħidu li miet Tommy li nħaraq ħaj, hija inaċċettabli.”
Kien is-sit one.com.mt li rrapporta l-każ is-Sibt li għadda.
Ritratti mibgħuta minn persuna li għamlet kuntatt ma’ ONE News juri l-fdalijiet ta’ Tommy li kien jiffrekwenta l-inħawi ta’ Bormla.
Dan wara li l-istess persuna spjegatilna kif il-qattus, li jferraħ kull persuna, ingħata n-nar taħt vann sabiex dan waqt li kien qed jaqbad ġera taħt siġra tal-palm ftit ’il bogħod. Hemmhekk instab dak li kien fadal minnu.