Tifla ta’ tmien snin u raġel ta’ 41 sena mill-Iklin spiċċaw l-isptar iżda mhux fil-periklu tal-mewt, wara li kienu involuti f’ħabta dalgħodu fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs fil-bypass tal-Imġarr meta l-karozza u trakk tal-ġebel baqgħu deħlin f’xulxin.
Jirriżulta li fil-karozza kien hemm żewġ t’itfal oħra li iżda ma ġralhom xejn.
Kawża ta’ dan l-inċident, għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq.