Philip Fenech, mill-GRTU sostna li minbarra li se jkunu qed jisħqu mal-membri tagħhom li l-kodiċi titweħħel wara kull bar għal referenza faċli u biex tfakkarhom fi dmirijiethom se jkunu qed iħeġġu passi dixxiplinarji kontra dawk il-ħaddiema li ma jsegwuhomx.
Filwaqt li fakkar li din il-kodiċi mhijiex liġi, sostna li għandha tkun mgħallma lill-ħaddiema kollha qabel ma jibdew iservu x-xorb alkoħoliku.
Mistoqsija x’ passi bi ħsiebhom jieħdu l-GRTU kontra s-sidien u t-tmexxija ta’ stabbilimenti membri tagħha, li ma jsegwux dawn il-prattiċi, Fenech qal li issa mhemmx lok għal skużi għaliex kollox huwa dokumentat.
Għal iżjed informazzjoni agħfas hawnhekk: 10 linji gwida għal min iservi x-xorb alkoħoliku