Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena mill-Ungerija ttieħed l-isptar wara li skidja bil-mutur Suzuki Hayabuza fi Triq il-Kosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġei ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.