Raġel ta’ 67 sena minn Raħal il-Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien qed isuq mutur u ħabat ma’ karozza fil-Fgura.
Kelliem għall-Pulizija qal lil ONE News li s-sewwieq tal-mutur prova jaqla’ karozza li dak il-ħin kienet ipparkjata u kienet qed tagħlaq parti mill-karreġġjata fi Triq Hompesch għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu.
Kawża ta’ dan, is-sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel ġo karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena mill-Fgura.
Il-Maġisrat tal-għassa Dr Marseann Farrugia ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.