Mara ta’ 29 sena u tarbija ta’ xahrejn minn Marsaxlokk ittieħdu l-isptar wara li l-karozza li kienet misjuqa mill-mara kienet involuta f’ħabta ma’ karozza li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa għall-ħabta tal-10:00.
Il-mara u t-tarbija ddaħħlu l-isptar għall-kura u ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.