Mara ta’ 55 ssena mill-Fgura ġarrbet ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar meta l-vittma li kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn raġel ta’ 60 sena mill-Fgura kienet involuta f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil passiġġiera tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.