Kuċċier ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa meta seħħet ħabra bejn karozza tal-għamla Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Marsa u karozzin misjuq mill-vittma.
Kawża ta’ din il-ħabta, iż-żiemel safa ferut sfratta, ħarba u laqat tliet karozzi.
Dan sakemm spiċċa maqbud bejn il-barrikati f’nofs it-triq, ftit ‘il bogħod mid-daħla għall-korsa tal-Marsa.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei fosthom it-tabib tal-emerġenza Jonathan Joslin, li ħa lil kuċċier l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post marru wkoll il-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija kif ukoll ħaddiema mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali. Dawn flimkien ma’ kuċċiera li kienu fil-qrib għenu liż-żiemel biex iqum waħdu fuq saqajh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
Filmat: Andrea Spiteri