Raġel ta’ 34 sena, residenti Bormla kien qed isuq il-vettura tiegħu tat-tip Kia Avella meta għal xi raġuni waqa’ f’gandott. Huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn grieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Dan l-inċident seħħ ilbieraħ 3 ta’ lulju għall-ħabta tas-13.40pm fi Triq Santa Duminka, Ħaż-Żabbar.