Ċiniża ta’ 43 sena mieter mgħarrqa wara li nhar it-Tlieta ttella’ l-katavru tagħha mill-bajja tal-Balluta f’San Ġiljan.
Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ filgħodu tat-Tlieta meta l-Pulizija daħlilhom rapport li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.