Raġel ta’ 34 sena residenti l-Gżira ġie arrestat fuq il-post fi Triq il-Prinċipessa Margerita f’Ta’ Xbiex wara li daħal mgħammad u armat b’arma tan-nar finta, f’ħanut tal-Convenience. Huwa talab il-flus lill-kaxxiera ta’ 18-il sena mill-Pieta’.
Kien eżatt malli r-raġel kien se jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti li sab il-Puluzija ma wiċċu biex ġie arrestat fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30pm.
Il-pulizija għadhom għaddejja bl-investigazzjoni.