Tfajla ta’ għoxrin sena sofriet ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku l-Erbgħa filgħaxija fi Triq Ħaż Żabbar fil-Fgura.
Hija kienet qed issuq karozza tat-tip Peugeot u għal xi raġuni kien hemm impatt ma’ karozza oħra f’roundabout fl-istess triq.
Il-karozza l-oħra tat-tip Mazda kienet misjuqa minn Sirjan ta’ erbgħa u għoxrin sena residenti Raħal Ġdid, li ma soffra l-ebda ġrieħi.
Fil-Peugeot kien hemm tfajla oħra, li wkoll soffriet ġrieħi ħfief.