Investigazzjonijiet li saru b’rabta mas-serqa li saret kmieni lbieraħ filgħodu minn ħanut fi Triq ix-Xatt, fil-Gżira, wasslu biex ġie arrestat l-allegat ħalliel, raġel ta’ erbgħin sena.
Huwa kien arrestat sigħat wara li seħħ il-każ, fl-Imsida.
Huwa qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Is-serqa seħħet minn ħanut fi Triq ix-Xatt, il-Gżira, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, meta r-raġel, allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ u l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.