Minn tal-inqas ħamsa u erbgħin persuna, fosthom 12-il tifel u tifla mietu wara li karozza tal-linja ħadet in-nar fil-Bulgarija. L-inċident seħħ matul il-lejl.
Seba’ persuni laħqu ħarġu mill-karozza tal-linja qabel ma ħadet in-nar kompletament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Persuna li salvat qalet li waqt il-ħin tal-inċident ħafna mill-passiġġiera kienu reqdin u qamu maħsuda b’ħoss ta’ splużjoni.
Il-karozza tal-linja kienet qed iġġor turisti li kienu fi triqithom lejn il-Maċedonja ta’ Fuq, mit-Turkija.