40 persuna mietu hekk kif eluf inġabru għad-difna tal-Kmandant Iranjan Qasem Soleimani f’belt twelidu fin-Nofsinhar tal-Iran. Aktar minn 40 persuna oħra ġarrbu xi ġrieħi kawża ta’ dan.
Soleimani nqatel f’attakk mill-qawwiet tal-ajru tal-Istati Uniti ġimgħa ilu fuq ordni tal-President Donald Trump. Mewtu qajmet tħassib serju li jista’ jinbed kunflitt kbir bejn iż-żewġ pajjiż.
L-Iran wiegħed li se jpattiha lill-Istati Uniti ta’ dan u jumejn ilu rtira sehmu minn ftehim dwar armi nukleari li kien sar fl-2015.