ONE News huwa nfurmat li għall-ħabta tat-15:05 kien hemm inċident f’Ħal Luqa.
Minn stħarriġ preliminari juri karozza tat-tip Ford Escort daħlet f’Range Rover u Suzuki Alto bil-konsegwenza li dawn daħlu fil-karozzi ta’ quddiemhom tat-tip Ford Smart u Toyota Aygo.
Is-sewwieq u l-passiġġier tal-Ford Escort ittieħdu l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.