Żewġt itfal ta’ 14 u 11-il sena u anzjana ta’ 70 sena ndarbu ħafif, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 20 sena minn Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:20pm, fi Triq Tal-Balal, San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Pulizija u tim mediku, li aktar tard ħa liż-żewġt itfal u l-anzjana l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Fortunatament, il-ġuvni t’20 sena ma weġġax.
Kelliema tal-Pulizija qalet ma’ dan l-istazzjon li kawża ta’ dan l-inċident saru xi ħsarat fuq vettura li kienet ipparkjata u propjetà privata.