Anzjan ta’ 64 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi ħfief u tfajla ta’ 23 sena wkoll minn Ħal Qormi ġarrbet ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni l-anzjan tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Suzuki Swift, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo karozza pparkjajta u wara f’arblu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-8:45 ta’ filgħodu fi Triq Għar Dalam Birżebbuġa. Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħa liż-żewġ persuni l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni taż-żewġ persuni għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.