Raġel ta’ tmienja u ħamsin sena minn Birkirkara u mara ta’ sitta u ħamsin sena minn San Ġiljan it-tnejn ġarbu ġrieħi gravi wara li kienu nvoluti f’ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq il-Wied tal-Imsida f’Birkirkara, li seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.
Fuq post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex il-persuni jinħarġu minn ġol-karozzi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta