Raġel ta’ 40 sena mill-Bangladesh jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li waqa’ xi ġebel fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni, li jinsab fi Triq Vincenzo Dimech, il-Floriana.
F’dan l-inċident ndarab ħafif ukoll, żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Bangladesh ukoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa liż-żewġt iriġiel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin