Żewġ anzjani ta’ 72 sena u 74 sena mill-Belt, jistgħu jgħodduha b’waħda, wara li ma ġarrbu l-ebda ġrieħi meta nqalbu bil-karozza li kienu fiha.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15pm fi Triq il-Qawra, il-Qawra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jidher li għal xi raġuni ntilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qed tinstaq b’riżultat li din daħlet fi scafolding biswit it-triq u spiċċat imdendla f’sit tal-kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri tal-Pulizija u tim mediku.
Il-karozza ttellgħet permezz ta’ ħidma ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li wettqu operazzjoni ta’ salvataġġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.