Żagħzugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Lija qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-karozza viċin iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00pm tal-Ġimgħa waranofsinhar, meta għal xi raġuni, is-sewwieq tal-karozza li nqalbet laqat erba’ karozzi. It-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin, bil-kawża li nġema’ traffiku kbir fl-inħawi.
Il-karozza ħadet in-nar ftit tal-ħin wara li nqalbet, iżda dan kien ikkontrollat fil-ħin minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-bqija tal-karozzi nvoluti fil-ħabta spiċċaw metri ‘l bogħod kawża tal-ħabta, iżda ħadd mis-sewwieqa jew il-passiġġieri ma sofra xi ġrieħi.
It-triq reġgħet infetħet għat-traffiku ftit tal-ħin wara.