Żagħżugħ ta’ 18-il sena miż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li l-karozza li kien riekeb fiha ħabtet ma’ karozza tal-għamla Toyota Spacio, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena, mill-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar, fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar.
Il-karozza li kien riekeb fiha ż-żagħżugħ kienet qed tinstaq minn mara ta’ 50 sena, minn Ħaż-Żabbar.
Ix-xufiera taż-żewġ karozzi ma ġarrbu l-ebda ġrieħi, iżda l-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.