Ċiklist ta’ 16-il sena, qiegħed isofri minn ġreħi gravi wara li ħabat bir-rota ma’ karozza tal-għamla Fiat Punto li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 27 sena minn Marsaxlokk.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ waranofsinhar fi Triq Dawret Ħal Għaxaq,
Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.