Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi ħfief, wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo arblu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:20 ta’ figħodu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.