Uffiċjali tas-salvataġġ f’Istanbul sabu tifla ta’ 5 snin ħajja taħt it-terrapien 18-il siegħa wara li waqgħet binja.
It-tifla li nstabet taħt it-terrapien li qabel kien blokka ta’ appartamenti ta’ 8 sulari ttieħdet l-isptar.
S’issa mietu 3 minn nies u 12 oħra ġew midruba fid-diżastru ta’ nhar l-Erbgħa wara nofsinhar.
Għadu mhux magħruf eżattament x’kienet il-kawża li dan il-bini li ġġarraf.
Skont sorsi infurmati fit-Turkija, l-aħħar 3 sulari ġew mibnija illegalment.