Tifla ta’ 12-il sena ttieħdet l-isptar wara li l-mutur li kienet riekba fuqu ħabat ma’ karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15 p.m. fi Triq Margaret Murray fil-Għargħur.
Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei, li ħa lit-tifla għal aktar kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.