Tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs minn tieqa fi blokka t’appartamenti fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, fi Triq ir-Rattan.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lit-tifel, u aktar tard ħa lit-tifel l-Isptar Mater permezz t’ambulanza għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li lPulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.