Tifel ta’ sena u disa’ xhur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa, wara li r-raġel ta’ wieħed u tletin sena li kien qed isuq il-vettura, tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu ħdejn ir-roundabout ta’ bejn Triq l-Avjazzjoni u Triq Garibaldi.
Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet ħadu lir-raġel u lit-tifel għal aktar kura l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard irriżulta li t-tifel sofra minn ġrieħi gravi u r-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi.