Tifel ta’ sena ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari fl-Imsida.
Il-każ ġara fit-tmienja ta’ dalgħodu fi Triq Santa Venera.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li t-tarbija waqgħet minn gallarija.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.