Għall-ħabta tas-7:00 tal-Ħadd filgħaxija, il-Pulizija daħlulha rapporti li kien għadu kif waqa’ tifel ta’ 11-il sena ġo bir ta’ propjetà li tinsab viċin id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-asseistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll ta’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News jidher li t-tifel laħaq ittella’ minn ġol-bir minn persuni li kienu fis-sit u ngħata l-ewwel għajnuna minn membri tar-Rapid Intervention Unit sakemm wasal it-tim mediku fuq il-post.
Fortunatament ma jidhirx li t-tifel ġarrab ġrieħi serji.