Tfajla ta’ 23 sena u żagħżugħ ta’ 25 sena, jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu involuti f’ħabta bejn mutur u karozza fi triq Bir id-Deheb, bejn iż-Żejtun u Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00 tal-Ħadd filgħaxija meta l-mutur tat-tip Honda li kien qed jinstaq mir-raġel ta’ ħamsau għoxrin sena ħabat ma’ karozza tal-għamla Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn Taljan ieħor ta’ 27 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li eventwalment ħadu lill-persuni feruti l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u nħatret ukoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta