Tfajla ta’ 14 -il sena sofriet ġrieħi gravi f’inċident b’karozza fit-trakka ta’ Ħal Far.
L-inċident seħħ fil-jum tas-Sibt għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi kien qed isuq f’tellieqa fit-trakka ta’ Ħal Far.
Skont informazzjoni li kiseb ONE News, il-paraxut installata fil-karozza ma nfetħitx bil-konsegwenza li l-karozza ma setgħetx tnaqqas il-veloċità u baqgħet dieħla ġo ċint.
L-impatt tajjar xi ġebel fid-direzzjoni tat-tfajla.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Korp tal-Pulizija. Dan filwaqt li t-tfajla ngħatat għajnuna minn tim mediku li ħa lit-tfajla l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.


