Tfalja ta’ 23 sena minn Pembroke, ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn xi għoli, waqt li kienet qed timxi fl-inħawi magħrufa bħala tal-Qarraba, limiti ta’ Għajn Tuffieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkordinaw operazzjoni sabiex l-mara tiġi salvata.
Aktar tard hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.