Roderick u Paul Scicluna, tewmin ta’ 40 sena minn Bormla nżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja li wettqu ħames serqiet bejn it-28 ta’ Diċembru u t-18 ta’ Jannar li għadda.
Huwa ġew arrestati mill-Pulizija fi ħdan l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-aħwa Scicluna ġew mixlija b’żewġ hold-ups miż-Żejtun; serqa minn Ħal Tarxien u oħra f’Raħal Ġdid; u serqa oħra fuq anzjan fiż-Żejtun.
Il-Qorti ordnat li ż-żewġt irġiel jinżammu arrestati wara li d-difiżma ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/20/arrestat-wara-li-allegatament-wettaq-sitt-serqiet/